1 of 10

Slide Notes

DownloadGo Live

Ħabbata

Published on Nov 20, 2015

Noti dwar il-ħsieb u l-metrika tal-poeżija Ħabbata ta' Marjanu Vella.

PRESENTATION OUTLINE

Ħabbata

Marjanu Vella
Photo by Mockney Rebel

Il-Ħsieb

Photo by Pavel P.

Il-poeta jinsab għaddej fi vjaġġ lejn id-dar. Din id-dar tista’ tirrappreżenta t-tfulija tiegħu, id-dar tal-ġenituri tiegħu u kif ukoll id-dar t’Alla l-Missier.

Photo by Pavel P.

Il-poeta mhuwiex ċert mit-triq li jrid jgħaddi minnha biex jerġa’ lura lejn daru u dan juri l-inċertezzi li jgħaddi minnhom il-bniedem fil-ħajja tiegħu.

Photo by JefferyTurner

Marjanu Vella huwa l-poeta tal-vjaġġ u din il-poeżija tkompli ssaħħaħ dan it-titlu. Il-fittiex kontinwu miexi lejn id-direzzjoni ta’ Kristu.

Photo by Pascal-P

Madankollu, fih jinħassu dubji, inċertezzi u beżgħat li jwasslu biex il-poeżiji tiegħu jimtlew b’xewqat ta’ ħelsien. Il-poeżija tiegħu hija maqlugħa mill-qiegħ nett ta’ patri li tispikka fih ir-reliġjożità u l-ħajja mistika.

Photo by VinothChandar

Il-Metrika

Photo by harold.lloyd

Din hija poeżija tradizzjonali magħmula minn 5 kwartini b’rima mqabbża (a,b,ċ,b) fejn it-tieni vers jirrima mar-raba’ wieħed. Il-versi huma ottonarji (watja u tronki).

Photo by harold.lloyd

Figuri tad-Diskors

Photo by Lorenzoclick

F’din il-poeżija l-poeta juża ħafna l-immaġini u s-simboli. Tispikka l-metafora tal-ġamra li bil-mod il-mod tnin, tiksaħ u tintefa. Din il-ġamra tissimbolizza l-imħabba tal-poeta li ż-żmien irnexxielu jtaffi u jmewwet ftit ftit.

Photo by Lorenzoclick